Skip to main content

Kumpilazzjoni tax-xhieda (riformulazzjoni)

Informazzjoni nazzjonali u formoli online rigward ir-Regolament Nru 2020/1783

Informazzjoni ġenerali

Ir-Regolament (UE) Nru 2020/1783 dwar kooperazzjoni bejn il-qrati tal-Istati Membri fil-kumpilazzjoni tax-xhieda f’materji ċivili jew kummerċjali (kumpilazzjoni tax-xhieda)(riformulazzjoni) ifittex li jtejjeb, jissimplifika u jaċċellera l-kooperazzjoni bejn il-qrati fil-kumpilazzjoni tax-xhieda. Ir-Regolament jissostitwixxi r-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 1206/2001 mill-1 ta’ Lulju 2022.

Is-sistema tal-IT deċentralizzata bħala mezz obbligatorju ta’ komunikazzjoni li għandha tintuża għat-trażmissjoni u l-wasla ta’ talbiet, formoli u komunikazzjoni oħra bdiet tapplika biss mill-1 ta’ Mejju 2025 (l-ewwel jum tax-xahar wara l-perjodu ta’ tliet snin wara d-data tad-dħul fis-seħħ tal-att ta’ implimentazzjoni msemmi fl-Artikolu 25 (għal aktar dettalji ara l-Artikolu 35 tar-Regolament (UE) 2020/1783)). 

Għal aktar informazzjoni ara:

  • l-istatus tal-implimentazzjoni mill-Istati Membri tas-sistema tal-IT deċentralizzata ara hawnhekk;
  • il-Manwali tal-Utenti tas-software ta’ implimentazzjoni ta’ referenza żviluppati mill-Kummissjoni Ewropea jinsabu hawnhekk.

Meta l-komunikazzjoni permezz tas-sistema tal-IT deċentralizzata ma tkunx possibbli minħabba interruzzjoni f’dik is-sistema tal-IT jew minħabba n-natura tax-xhieda kkonċernata, jew minħabba ċirkostanzi eċċezzjonali, it-trażmissjoni għandha ssir bl-aktar mezz alternattiv xieraq u rapidu, filwaqt li titqies il-ħtieġa li jiġu żgurati l-affidabbiltà u s-sigurtà. Fejn ikun hemm interruzzjoni fis-sistema tal-IT deċentralizzata, il-Portal Ewropew tal-Ġustizzja Elettronika jipprovdi għodda faċli għall-utent biex jimtlew il-formoli.

Ir-Regolament japplika bejn l-Istati Membri kollha tal-Unjoni Ewropea bl-eċċezzjoni tad-Danimarka. Bejn id-Danimarka u l-Istati Membri l-oħra tapplika l-Konvenzjoni tal-Aja tal-1970 dwar il-Kumpilazzjoni ta’ Xhieda Barra mill-Pajjiż f’Materji Ċivili jew Kummerċjali.

Ir-Regolament jipprevedi tliet modi ta’ kumpilazzjoni tax-xhieda bejn l-Istati Membri: il-kumpilazzjoni tax-xhieda mill-qorti rikjesta, kumpilazzjoni diretta tax-xhieda mill-qorti rikjedenti u kumpilazzjoni ta’ xhieda minn aġenti diplomatiċi jew konsulari.

Il-Qorti Rikjedenti hija l-qorti jew awtorità kompetenti oħra jekk tiġi nnotifikata mill-Istat Membru rilevanti, li quddiemha il-proċedimenti jinbdew jew li hemm ħsieb li jinbdew. Il-Qorti Rikjesta hija l-qorti kompetenti ta’ Stat Membru ieħor għall-eżekuzzjoni tal-kumpilazzjoni tax-xhieda. Il-Korp Ċentrali huwa responsabbli għall-provvista ta’ tagħrif u t-tfittxija ta’ soluzzjonijiet għal xi diffikultajiet li jistgħu jinħolqu rigward talba.

Ir-Regolament jipprevedi 14-il formola.

Għal aktar informazzjoni, ara: 

Il-Portal Ewropew tal-Ġustizzja Elettronika jipprovdilek informazzjoni dwar l-applikazzjoni tar-Regolament.

Please select the relevant country's flag to obtain detailed national information.

Links relatati

Il-Gwida Prattika għall-applikazzjoni tar-Regolament dwar il-Kumpilazzjoni tax-Xhieda tinsab f’din il-paġna: Il-pubblikazzjonijiet tan-NĠE;

Informazzjoni dwar il-leġiżlazzjoni tal-Istati Membri dwar il-kumpilazzjoni tax-xhieda l-kumpilazzjoni tax-xhieda permezz ta’ vidjokonferenza.

Ir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 1206/2001 tat-28 ta’ Mejju 2001 dwar kooperazzjoni bejn il-qrati tal-Istati Membri fil-kumpilazzjoni tax-xhieda f’materji ċivili jew kummerċjali

Notifiki tal-Istati Membri arkivjati skont ir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 1206/2001

Il-Konvenzjoni tal-Aja tat-18 ta’ Marzu 1970 dwar il-Kumpilazzjoni ta’ Xhieda Barra mill-Pajjiż f’Materji Ċivili jew Kummerċjali

SIB QRATI/AWTORITAJIET KOMPETENTI

L-għodda ta' tiftix hawn taħt se tgħinek tidentifika qorti/qrati jew awtorità(jiet) kompetenti għal strument legali Ewropew speċifiku. Jekk jogħġbok innota li għalkemm sar kull sforz biex tiġi aċċertata l-preċiżjoni tar-riżultati, jista' jkun hemm xi każijiet eċċezzjonali li jikkonċernaw id-determinazzjoni ta' kompetenza li mhumiex neċessarjament koperti.

SIB QRATI/AWTORITAJIET KOMPETENTI

L-għodda ta' tiftix hawn taħt se tgħinek tidentifika qorti/qrati jew awtorità(jiet) kompetenti għal strument legali Ewropew speċifiku. Jekk jogħġbok innota li għalkemm sar kull sforz biex tiġi aċċertata l-preċiżjoni tar-riżultati, jista' jkun hemm xi każijiet eċċezzjonali li jikkonċernaw id-determinazzjoni ta' kompetenza li mhumiex neċessarjament koperti.

Taking Evidence
* mandatory input
Irrapporta problema teknika/tal-kontenut jew agħti feedback dwar din il-paġna