Skip to main content

Smigħ ta' xhieda

Jekk tibda proċedimenti legali, huwa normalment kruċjali li tippreżenta provi lill-qorti biex tipprova t-talba tiegħek.

Jekk jogħġbok agħżel il-bandiera tal-pajjiż rilevanti biex tikseb informazzjoni nazzjonali dettaljata.

Is-smigħ ta’ xhieda fil-proċeduri ta’ qorti ċivili mhuwiex ristrett għall-fruntieri ta’ Stat Membru. Xi kultant, jista’ jkun meħtieġ li tinstema’ xhieda fi Stat Membru li ma jkunx dak li inti residenti fih. Pereżempju, jista’ jkun neċessarju li jinstemgħu xhieda fi Stati Membri oħra, jew il-qorti jista’ jkollha żżur post fi Stat Membru ieħor fejn ikunu seħħew il-fatti. Fir-rigward tal-kumpilazzjoni ta’ xhieda transfruntiera fl-Unjoni Ewropea, il-kooperazzjoni ġudizzjarja bejn il-qrati tal-Istati Membri fil-kumpilazzjoni ta’ xhieda f’materji ċivili jew kummerċjali hija rregolata mir-Regolament (UE) 2020/1783 taL-25 ta’ Novembru 2020, li ssostitwixxa r-Regolament (KE) Nru 1206/2001 tat-28 ta’ Mejju 2001 mill-1 ta’ Lulju 2022.

Madankollu, is-sistema tal-IT deċentralizzata bħala mezz obbligatorju ta’ komunikazzjoni li għandha tintuża għat-trażmissjoni u l-wasla ta’ talbiet, formoli u komunikazzjoni oħra se tibda tapplika biss mill-1 ta’ Mejju 2025 (l-ewwel jum tax-xahar wara l-perjodu ta’ tliet snin wara d-data tad-dħul fis-seħħ tal-att ta’ implimentazzjoni msemmi fl-Artikolu 25 (għal aktar dettalji ara l-Artikolu 35 tar-Regolament (UE) 2020/1783)).

Links relatati

Is-smigħ ta’ xhieda - notifiki tal-Istati Membri u għodda ta’ tfittxija li tgħin fl-identifikazzjoni tal-qorti /qrati /awtorità/ awtoritajiet kompetenti

Il-ġbir ta’ provi permezz ta’ vidjokonferenza

Gwida prattika għall-applikazzjoni tar-Regolament tal-2001 dwar is-Smigħ ta’ Xhieda   (74 Kb) 

Gwida prattika dwar l-użu tal-vidjowkonferenzi biex tinġabar l-evidenza f’materji ċivili u kummerċjali   (724 Kb) 

Irrapporta problema teknika/tal-kontenut jew agħti feedback dwar din il-paġna