Skip to main content

Kumpilazzjoni tax-xhieda (riformulazzjoni)

Is-Slovenja
Is-Slovenja
Flag of Slovenia

SIB QRATI/AWTORITAJIET KOMPETENTI

L-għodda ta' tiftix hawn taħt se tgħinek tidentifika qorti/qrati jew awtorità(jiet) kompetenti għal strument legali Ewropew speċifiku. Jekk jogħġbok innota li għalkemm sar kull sforz biex tiġi aċċertata l-preċiżjoni tar-riżultati, jista' jkun hemm xi każijiet eċċezzjonali li jikkonċernaw id-determinazzjoni ta' kompetenza li mhumiex neċessarjament koperti.

SIB QRATI/AWTORITAJIET KOMPETENTI

L-għodda ta' tiftix hawn taħt se tgħinek tidentifika qorti/qrati jew awtorità(jiet) kompetenti għal strument legali Ewropew speċifiku. Jekk jogħġbok innota li għalkemm sar kull sforz biex tiġi aċċertata l-preċiżjoni tar-riżultati, jista' jkun hemm xi każijiet eċċezzjonali li jikkonċernaw id-determinazzjoni ta' kompetenza li mhumiex neċessarjament koperti.

Slovenia
Taking Evidence
* mandatory input

L-Artikolu 2(1) - Awtoritajiet li jistgħu jitqiesu bħala qrati

Il-qrati biss għandhom il-kompetenza li jikkumpilaw xhieda għall-finijiet ta’ proċedimenti ġudizzjarji u tal-implimentazzjoni tar-Regolament.

L-Artikolu 3(2) - Qrati rikjesti

Il-qrati li jistgħu jikkumpilaw xhieda f’konformità ma’ dan ir-Regolament huma l-qrati distrettwali.

L-Artikolu 4 - Korp ċentrali

Il-korp ċentrali għall-implimentazzjoni tar-Regolament huwa:

Il-Ministeru għall-Ġustizzja

Župančičeva 3

SLO-1000 Ljubljana

Tel. (+386)1 369 53 94

Faks: (+386)1 369 52 33

Email: gp.mp@gov.si

L-Artikolu 6 - Lingwi aċċettati biex jimtlew il-formoli

Il-formoli tal-Anness I jistgħu jiġu ppreżentati bis-Sloven jew bl-Ingliż.

L-Artikolu 7 - Mezzi aċċettati għat-trażmissjoni ta’ talbiet u komunikazzjonijiet oħra

Meta l-wasla tat-talbiet taqa’ taħt l-Artikolu 7(4) tar-Regolament, it-talbiet jintbagħtu bil-posta, inklużi s-servizzi ta’ konsenja espress u faks.

L-Artikolu 19 - Korp ċentrali jew awtorità/awtoritajiet kompetenti responsabbli għal deċiżjonijiet dwar talbiet għal kumpilazzjoni ta’ xhieda diretta

L-awtorità kompetenti biex tirċievi talbiet għal kumpilazzjoni diretta ta’ xhieda fis-Slovenja hija:

Il-Ministeru għall-Ġustizzja

Župančičeva 3

SLO-1000 Ljubljana

Tel. (+386)1 369 53 94

Faks: (+386)1 369 52 33

Email: gp.mp@gov.si

L-Artikolu 29 - Ftehimiet jew arranġamenti li għalihom l-Istati Membri huma partijiet u li jikkonformaw mal-kundizzjonijiet fl-Artikolu 29(2)

It-Trattat bejn ir-Repubblika tas-Slovenja u r-Repubblika tal-Kroazja dwar l-Assistenza Legali f’Materji Ċivili u Kriminali tas-7 ta’ Frar 1994.

L-Artikolu 31(4) - Notifika dwar l-użu bikri tas-sistema tal-IT deċentralizzata

Mhux applikabbli.

Irrapporta problema teknika/tal-kontenut jew agħti feedback dwar din il-paġna