Skip to main content

Spejjeż

Jekk ċittadin jipprevedi r-rikors il-qorti jew jixtieq eżekuzzjoni ta’ sentenza tal-qorti, irid ikun hemm informazzjoni disponibbli dwar l-ispejjeż tal-proċedimenti fl-Istat Membri rilevanti.

L-ispejjeż tal-kawżi fil-qasam ċivili u f’dak kummerċjali huma rregolati mil-leġiżlazzjoni nazzjonali u l-ispejjeż mhumiex armonizzati fuq il-livell tal-UE. B’hekk l-ispejjeż ivarjaw minn Stat Membru għall-ieħor.

Sabiex tikseb informazzjoni dettaljata dwar l-ispejjeż tal-proċedimenti fl-Istati Membri, kif ukoll dwar diversi studji ta’ każijiet li twettqu f’isem il-Kummissjoni Ewropea, jekk jogħġbok agħżel waħda mill-bnadar elenkati fuq il-lemin.

Jekk m’għandekx biżżejjed riżorsi finanzjarji biex tħallas l-ispejjeż ta’ kawża l-qorti tista’ tapplika biex tingħata l- għajnuna legali.

Tista’ tikseb iktar informazzjoni mill-istudju mehmuż (disponibbli bl-Ingliż u bil-Franċiż biss) li sar sabiex ikunu identifikati s-sorsi tal-ispejjeż tal-proċedimenti ġudizzjarji ċivili f’kull Stat Membri billi:

  • ġie ddefinit il-proporzjon ta’ kull sors ta’ spiża identifikat b’paragun mal-ispiża kollha tal-proċedimenti ġudizzjarji ċivili,
  • ġew ipparagunati l-ispejjeż li kellhom il-partijiet għal kawża fi Stati Membri differenti,
  • ġew identifikati l-varjazzjonijiet fis-sorsi tal-ispejjeż u fl-ammonti tal-ispejjeż,
  • ġie identifikat kif it-trasparenza tal-ispejjeż tal-proċedimenti ġudizzjarji u l-limitazzjoni tad-differenzi fis-sorsi tal-ispejjeż u fl-ammonti tal-ispejjeż jistgħu jrawmu aċċess ikbar għall-ġustizzja,
  • saru rakkomandazzjonjiet għal azzjonijiet possibbli fuq il-livell tal-UE, possibbilment billi jiġu stabbiliti standards minimi, ħalli jiġi ffaċilitat l-aċċess għall-ġustizzja billi tittejjeb it-trasparenza tal-ispejjeż tal-ġustizzja ċivili,
  • b’mod ġenerali, jiġu identifikati l-konnessjonijiet, fejn ikun xieraq u rilevanti, bejn l-ispejjeż tal-ġustizzja u l-aċċess għall-ġustizzja għaċ-ċittadini, u
  • jiġu idenifikati kwistjonijiet speċifiċi li għandhom x’jaqsmu mat-tilwim transkonfinali.

L-istudju jipprovdi stampa ġenerali tas-sitwazzjoni fl-Unjoni Ewropea f’mument partikolari – Diċembru 2007.

Dokumenti relatati

Studju dwar it-Trasparenza tal-Ispejjeż tal-Proċedimenti Ġudizzjarji Ċivili fl-UE  (2615 Kb)  – Verżjoni bl-Ingliż

Studju dwar it-Trasparenza tal-Ispejjeż tal-Proċedimenti Ġudizzjarji Ċivili fl-UE  (2665 Kb)  – Verżjoni bil-Franċiż

Anness 1: Riżultati tal-kwestjonarju pubbliku  (1700 Kb) 

Rapport nazzjonali – Il-Belġju  (829 Kb) 

Rapport nazzjonali – Il-Bulgarija  (566 Kb) 

Rapport nazzjonali – Ir-Repubblika Ċeka  (703 Kb) 

Rapport nazzjonali – Id-Danimarka  (560 Kb) 

Rapport nazzjonali – Il-Ġermanja  (565 Kb) 

Rapport nazzjonali – L-Estonja  (872 Kb) 

Rapport nazzjonali – L-Irlanda  (400 Kb) 

Rapport nazzjonali – Il-Greċja  (849 Kb) 

Rapport nazzjonali – Spanja  (640 Kb) 

Rapport nazzjonali – Franza  (1312 Kb) 

Rapport nazzjonali – L-Italja  (772 Kb) 

Rapport nazzjonali – Ċipru  (555 Kb) 

Rapport nazzjonali – Il-Latvja  (742 Kb) 

Rapport nazzjonali – Il-Litwanja  (950 Kb) 

Rapport nazzjonali – Il-Lussemburgu  (551 Kb) 

Rapport nazzjonali – L-Ungerija  (533 Kb) 

Rapport nazzjonali – Malta  (742 Kb) 

Rapport nazzjonali – L-Olanda  (702 Kb) 

Rapport nazzjonali – L-Awstrija  (829 Kb) 

Rapport nazzjonali – Il-Polonja  (396 Kb) 

Rapport nazzjonali – Il-Portugall  (781 Kb) 

Rapport nazzjonali – Ir-Rumanija  (544 Kb) 

Rapport nazzjonali – Is-Slovenja  (723 Kb) 

Rapport nazzjonali – Is-Slovakkja  (872 Kb) 

Rapport nazzjonali – Il-Finlandja  (504 Kb) 

Rapport nazzjonali – L-Isvezja  (457 Kb) 

Irrapporta problema teknika/tal-kontenut jew agħti feedback dwar din il-paġna