Skip to main content

Għajnuna legali

In-Netherlands
In-Netherlands
Flag of Netherlands

L-Olanda implimentat id-Direttiva tal-KE fl-Att dwar l-Għajnuna Legali li diġà jeżisti. Dan sar bl-Att tad-19 ta’ Frar, 2005 (Stb. 2005,90), li daħal fis-seħħ fit-2 ta’ Marzu, 2005. Minn dakinhar, żewġ artikoli ġodda 23a – 23k jipprovdu għal għajnuna legali f’każijiet Ewropej li fihom il-partijiet huma minn pajjiżi differenti. Naturalment dan diġà kien jista’ jsir aktar qabel, mill-mument li fih id-Direttiva kellha tibda’ tiġi implimentata fis-sistema legali Olandiża: it-30 ta’ Novembru, 2004. (Ingliż  (28 Kb) ) (Olandiż  (211 Kb) )

SIB QRATI/AWTORITAJIET KOMPETENTI

L-għodda ta' tiftix hawn taħt se tgħinek tidentifika qorti/qrati jew awtorità(jiet) kompetenti għal strument legali Ewropew speċifiku. Jekk jogħġbok innota li għalkemm sar kull sforz biex tiġi aċċertata l-preċiżjoni tar-riżultati, jista' jkun hemm xi każijiet eċċezzjonali li jikkonċernaw id-determinazzjoni ta' kompetenza li mhumiex neċessarjament koperti.

Netherlands
Legal aid
* mandatory input

L-Artikolu 14(2), l-ewwel inċiż – Ismijiet u indirizzi tal-awtoritajiet kompetenti riċeventi jew trażmittenti

Ikklikkja fuq il-link hawn taħt biex tara l-awtoritajiet kollha kompetenti relatati ma' dan l-Artikolu.

Lista ta' awtoritajiet kompetenti

L-Artikolu 14(2), it-tieni inċiż – Iż-żona ġeografika ta' ġuriżdizzjoni tal-awtoritajiet riċeventi u trażmittenti

Jekk jogħġbok innota li l-verżjoni bil-lingwa oriġinali ta’ dan l-Artikolu l-Olandiż ġiet emendata reċentement. Il-verżjoni lingwistika li qed tara bħalissa qed titħejja mit-tradutturi tagħna.
Madanakollu, informazzjoni hi disponibbli fil-lingwi li ġejjin

F’każijiet li jkunu biss bejn Olandiżi, dan il-Kunsill għandu ġuriżdizzjoni biss fil-parti tal-Punent ta' l-Olanda. Iżda f’każijiet li jinvolvu partijiet f’pajjiżi oħra (“Ewropej”), il-Kunsill ta’ The Hague għandu ġuriżdizzjoni ċentrali għall-pajjiż kollu.

L-Artikolu 14(2), it-tielet inċiż – Metodi disponibbli biex jiġu rċevuti l-applikazzjonijiet

Jekk jogħġbok innota li l-verżjoni bil-lingwa oriġinali ta’ dan l-Artikolu l-Olandiż ġiet emendata reċentement. Il-verżjoni lingwistika li qed tara bħalissa qed titħejja mit-tradutturi tagħna.
Madanakollu, informazzjoni hi disponibbli fil-lingwi li ġejjin

L-applikazzjonijiet jistgħu jintbagħtu bil-feks jew bil-posta normali. Il-Kunsill ta’ The Hague jaċċetta mhux biss applikazzjonijiet li jaslu bl-email (li ħafna drabi ma jkunux kompluti).

L-Artikolu 14(2), ir-rabà inċiż – Il-lingwi li jistgħu jintużaw għat-tlestija tal-applikazzjoni

Jekk jogħġbok innota li l-verżjoni bil-lingwa oriġinali ta’ dan l-Artikolu l-Olandiż ġiet emendata reċentement. Il-verżjoni lingwistika li qed tara bħalissa qed titħejja mit-tradutturi tagħna.
Madanakollu, informazzjoni hi disponibbli fil-lingwi li ġejjin

Il-lingwi li fihom tista' ssir l-applikazzjoni huma l-Olandiż u l-Ingliż. Iżda wkoll dawk li jsiru bil-Franċiż jew bil-Ġermaniż.

Irrapporta problema teknika/tal-kontenut jew agħti feedback dwar din il-paġna