Skip to main content

Il-liġi applikabbli għad-divorzju u għas-separazzjoni legali

Il-Belġju
Il-Belġju
Flag of Belgium

L-Artikolu 7 minn (2) sa (4) – Ir-rekwiżiti formali applikabbli għall-ftehimiet dwar l-għażla tal-liġi applikabbli

Il-leġiżlazzjoni Belġjana ma tistipula l-ebda rekwiżit formali speċifiku għall-ftehimiet dwar l-għażla tad-dritt applikabbli skont l-Artikolu 7(2) sa (4) tar-Regolament (UE) Nru 1259/2010.

L-Artikolu 5 (3) – Il-possibbiltà tal-għażla tal-liġi applikabbli matul il-proċedimenti

Fir-rigward tar-regoli tal-għażla tad-dritt applikabbli, it-tielet paragrafu tal-Artikolu 55, § 2, tal-Kodiċi Belġjan tad-Dritt Internazzjonali Privat (Wetboek van internationaal privaatrecht/Code de droit international privé) jistipula li l-għażla trid tkun espressa mal-ewwel dehra (l-Att dwar il-Kodiċi tad-Dritt Internazzjonali Privat tas-16 ta' Lulju 2004, Belgisch Staatsblad/Moniteur belge tas-27 ta' Lulju 2004, li daħal fis-seħħ fl-1 ta' Ottubru 2004).

Irrapporta problema teknika/tal-kontenut jew agħti feedback dwar din il-paġna